Tuesday, November 24, 2009

Kompetizzjoni: Il-Preistorja


Grupp ta' studenti barranin gejjin ma' l-ghalliema taghhom biex jitghallmu aktar dwar il-fdalijiet ta' zmien il-Preistorja li ghandna Malta. Waqt li kienu qeghdin iduru l-klassijiet madwar Malta biex jaraw x' jitghallmu t-tfal Maltin dwar il-Preistorja, int smajt lill-ghalliem tieghek jitkellem ma' l-ghalliem taghhom dwar dan is-suggett. Fil-pront int ghollejt idek u ...

Ikteb x' informazzjoni tghaddi lil dawn l-istudenti dwar il-fdalijiet Preistorici li ghandna fil-gzejjer Maltin.

N.B. Importanti li tqassam ix-xoghol tieghek pulit. Ghalkemm m' hemmx limitu sakemm tikteb prova kun konciz. Xoghol ikkopjat direttament minn fuq l-internet jigi skwalifikat. Nixtieq li tkunu originali fix-xoghol  taghkom biex fl-istess hin iservi ta' revizjoni. (Din il-kompetizzjoni miftuha biss ghat-tfal tas-sitt sena A) Il-kompetizzjoni taghlaq nhar il-Hadd 29 ta' Novembru.

18 comments:

  1. Zmien il Preistorja

    Zmien il Preistorja tfisser meta l istorja ma kinitx tinkiteb.L ewwel bnedmin li gew Malta x' aktarx kienu gew minn Sqallija.Dawn gew fuq xi cattra jew dghajsa zghira.L ghodda taghhom kienet maghmula mill gebel.Dawn in nies kienu jghixu gol gherien.Filfatt f Ghar Dalam instab il fuhhar u xi zbandoli.

    Nafu b dan minhabba l Akeoligisti illi studjaw l arkeoligija b reqqa kbira jhaffru bilmod li jkunu mirduma u jtellughhom.Dawn jippruvaw illi jzommu kollox intatt u pulit biex b hekk kollox jibqa kif kien u ahna nistghu naraw ir ritratti u lilhom stess go xi muzew fosthom il muzew ta Ghar Dalam.

    Izda bilmod il bniedem tghallem ukoll jibni u filfatt fi Skorba illi jinsab l Imgarr instabu kmamar bil gebel.Ukoll instab fuhhar li huwa maghmul mit tafli.Il fuhhar li nstab kien griz u ahmar

    F ghar Dalam instabu wkoll fosilli,fdalijiet ta annimali go dan l ghar.Xi annimali kienu iljunfanti,ippopotami,criev u orsijiet.Biex instabu dawn l igsma tal annimali sinjal li forsi l Mediterran kien izjed baxx u kien hawn pajsagg jew Malta kienet maqghuda ma' Sqallija ghaliex Malta mhux dejjem kienet gzira ghaliha.

    Zmien in Neolitiku jfisser meta l bnidem ma kienx skopra l ebda metall.Il biedja kienu mehtiega ghax mhux dejjem kien jirnexxielhom jaqbdu xi annimal.Kienu jieklu wkoll hxejjex u frott.Xi xoghlijiet kienu rahhala,rghajja u bdiewa.Nistghu wkoll nghidu li nstabu xi skolpiti fl imqades u stajna nkunu nafu x kienu jrabbu.Fosthom moghoz,hniezer,bdabad u qzieqez.

    Megalitici tfisser hagar hagar kbir.Fix Xaghra Ghawdex instabu tleet imqades.Dawn huma mdawrin b gebel kbir.L art tal imqades huwa maghmul mit tafal.L imqades kienu postijiet sagri.Fihom kienu jaduraw xi alla tal fertilita'.Kienu joffru xi sagrificcji.

    Ipogew jigi mhaffer.Fl Halsaflieni hemm wiehed.Dan thaffer fi zmien ir ram.Hemmhekk hemm kamra ferm sabiha l oraklu li fuq is saqaf hemm il family tree li kienet tfakkarhom fil fertilita'.F parti aktar fonda fl ipogew kienu jpoggu it tezori taghhom.Dawn kienu xi gebla b ghamla stramba jew xi gizrana bis snien tal annimali.

    Lahhar zmien tal Preistorja huwa dak ta zmien il Bronz.F hagar Qim hemm il fdalijiet li hallew warajhom in nies ta zmien il bronz.F dan iz zmien gie skoprew il metall.In nies ta zmien il Bronz ma kellhomx l istess Religjon ta qabilhom.Dak il hagar kbir wieqaf kien jissejah Menhir u dak mindud kien Dolmen.

    Naomi mallia 6a

    ReplyDelete
  2. IL-PREISTORJA
    Bil- kelma preistorja kont tifhem l-istorja ta’ meta l-bniedem ma kienx jaf jikteb.
    L -ewwwel bniedem gie Malta madwar xi 7000 sena ilu u gie minn gzira qrib taghna:Sqallija.
    Il-preistorja ta Malta hi maqasuma:
    Zmien NEOLITIKU-jaslu l-ewwel nies
    Zmien ir-RAM –jinbnew it-tempji u fl- zmien il- BRONZ.


    NEOLITIKU
    Bil- kelma NEOLITIKU tifhm iz- zmien il –gdid ta’ zmien il-HAGAR.
    In-nies li gew kienu neolitici u ghexu fi Skorba .
    Zmien il Bronz.
    F’dan iz- zmien instabu fdalijiet ta; armi u postijiet imkissra.
    Ma nstabx fuhhar imzejjen.L-iktar postijiet uzati huma:
    BORG IN- NADUR
    IL-BAHRIJA
    TARXIEN.
    F’HAL TARXIEN fit-tempju nharqu l-gisma tal-mejtin u ndifnu hemm.]
    INSTABU WKOLL ZEWG GEBEL MEGALITICI li jissejhu:
    Il-wieqfa-MENHIR
    U l-minduda- DOLMEN.
    WARA DAN IZ-ZMIEN NIDHLU FL-ISTORJA TA’ MALTA.

    ReplyDelete
  3. IL-PRESITORJA

    L-ewwel nies li gew Malta kienu gew minn Sqallija.L-ghodda tal-ewwel nies kienet maghmula mill-gebel u ghalhekk ahna nsejhulhom nies ta’ Zmien il-Hagar.L-ghodda li kienu juzaw l-aktar huma xi mannara u xi mazza.Apparti ghodod kellhom ukoll xi armi.Dawn kienu juzawhom biex ikunu jistghu jikkacjaw l-annimali u hekk jkollhom x’jieklu kif ukoll biex jiddefendu lilhom infushom.Dawn l-armi li kienu juzaw huma qaws, lanza u xi zokk ohxon.Fost l-akbar gherien li ghadna nsibu wkoll dak ta’ Ghar Dalam li nsibuh f’Birzebbuga.

    F’dan l-ghar marru joqoghdu l-ewwel nies ta’ Malta. F’dan l-ghar instabu bcejjec taz-znied,zbandoli,fuhhar u ornamenti personali.In-nies ma baqghux jghixu fl-gherien ghal dejjem u ghalhekk bdew jibnu xi dwejra,kmajra fil-gebel u tempji.Il-materjal l-aktar wiehed li setghu juzaw huwa l-materjal tal-gebel.

    Malta mhux minn dejjem kienet gzira ghax f’Ghar Dalam instabu fossili bhal iljunafanti, ippopotami, criev u orsijiet. In-nies ta’ dak iz-zmien kienu bdiewa,kaccaturi,sajjieda u rghajja. Qabel in-nies tal-prei-storja mill-annimali kienu jiehdu laham,gilda,suf u halib. In-nies li bnew it-tempji nsejhulhom nies ta’ Zmien ir-Ram.

    Halsaflieni nsibuh f’Rahal Gdid. L-eqdes kamra f’Halsaflieni hija Sancta Sanctorum. F’Halsaflieni nsibu wkoll l-oraklu. Oraklu hija kamra fejn jista’ jkun li hija ghall-pariri. Mas-saqaf tal-kamra tal-oraklu nsibu s-Sigra tal-Hajja mpingij b’kulur ahmar.

    Dolmen hija hagra kbira mimduda li tistrieh fuq zewg hagriet ohra. Menhir hija gebla kbira wieqfa li qabli hija parti minn bini preistoriku. Fi Skorba nsibuh qrib l-Imgarr li fih insibu l-eqdem fdalijiet ta’ djar (griebeg) li kienu jintuzaw 5000 sena ilu. Fuq l-iskavi ta’ dawn it-tempji hadem hafna l-arkeologu Malti Sir Temi Zammit kif ukoll beda t-tiftix u l-istudju dwar it-tempji ta’ Hal Tarxien.

    F’Hal Tarxien insibu tliet tempji mdaqqsa u wiehed zghir. Qrib Marsaxlokk saru skavi li kixfu f’dalijiet dan il-post jissejjah tas-Silg. Ipogew tfisser tempju taht l-art.

    Made By:Svetlana Borg

    ReplyDelete
  4. Fdalijiet ta` zmien il-preistorja

    Jiena lil dawn l-istudenti ghedtilhom li f`Ghar Dalam gewwa Birzebbuga nstabu bcejjec taz-znied, zbandoli, fuhhar u ornamenti personali.Instab ukoll fdalijiet fossillizzati ta`annimali bhal criev, iljunfanti, ippopotami kif ukoll ta` orsijiet.F`post jissejah Skorba qrib l-Imgarr instabu fdalijiet ta` djar Neolitici .

    Ghedtilhom ukoll li gewwa Hal Tarxien hemm Tempju li fieh insibu bocci kbar tal-gebel u statwa tal-mara l-hoxna.Hemm ukoll sitt kappelli u ohra ckejkna.Fl-ipogew ta`Halsaflieni instabet tpingija tas-sigra tal-hajja fil-kamra tal-Oraklu

    L-istudenti staqsewni jekk Ghawdex jezistu xi fdalijiet ta` zmien il- preistorja.Jien ghedtilhom li instab il- maqdes tal-Ggantija.Fil-Ggantija instabu zewg tempji u l- gebel miksi u mzejjen.Bhal Ggantija Malta hawn zewg tempji Hagar Qim u l-Imnajdra.


    Stefan Portelli

    ReplyDelete
  5. Zmien in-Neolitiku

    Il-Bniedem gie Malta madwar 7000 sena ilu.
    Hafna min-nies li gew Malta kienu minn Sqalija.
    Dan iz-zmien insejhulu zmien in-Neolitiku.
    Jiena nahseb li hafna mix-xoghol li kienu jghamlu fiz-zmien in-Neolitiku kien dak ta` bdiewa, kaccaturi u sajjieda.
    Milli stajt nifhem dawn in-nies kienu jghixu go l-gherrin li ssibu.

    Ghar Dalam
    F`Ghar Dalam saru skavi, jigifiri tahfir u tiftix biex jinstabu l-fossili.
    Dawk in-nies li jghamlu dan ix-xoghol insejhulhom arkeologi.
    F`Ghar Dalam instabu hafna annimali.
    Ftit min dawn l-annimali kienu criev, iljunfanti zghar u xi orsijiet.
    Min dak li talimt dawn l-annimali gew Malta peres li hafna snin ilu Malta kienet maquda man-naha t` isfel ta` l-Ewropa.

    ReplyDelete
  6. Il-preistorja.

    Il-preistorja (li tfisser ‘zmien qabel l-istorja’) huwa z-zmien meta l-bniedem kien ghadu ma jafx jikteb u ghalhekk ma kienx ihalli rikordju ta’ dak li jghaddi minnu.billi dak iz-zmien ma kinitx tezisti l-kitba ahna nafu hafna fuq dawk iz-zminijiet permezz tal-arkeologija.


    In-neolitiku

    Il-kelma neolitiku bil-malti tfisser hagra (gebla) kbira hafna. Dan iz-zmien jissejjah hekk ghax b’dan il-materjal prim li n-nies kienu jghamlu l-ghodod u oggetti ohra taghhom. In-nies ta’ dan iz-zmien kienu juzaw ukoll iz-znied,ghadam,xi qrejjen ta’ xi annimali u anke xi gebel ta’xi vulkan.Dawn in-nies kienu jghamlu uzu ukoll mill-fuhhar li hafna drabi kienu jghamlu bih disinji dritti,mghawgin jew fit-tond.In-nies ta’dan iz-zmien saru ukoll biedja u b’hekk kienu jizirghu l-hxejjex u jkollom ikel ghal meta ma jirnexxilhomx isibu annimali x’jieklu.Dawn in-nies kienu jghixu f’l-gherien u fosthom hemm Ghar dalam. Ghar dalam jinsab fil-limiti ta’birzebbuga.Dan hu xhieda li malta u ghawdex mhux min dejjem kienu gzejjer. Kienu mdabbdin man-naha t’isfel tal-ewropa fejn illum hemm sqallija. Hawn instabu xi ghadam ta’xi annimali li m’ghadomx jghixu malta, bcejjec tal-fuhhar u sinjali ohra li hawn kienu jghixu l-bnedmin. Arkeologu li ghamel skavi importanti f’ghar dalam kien Sur Temi Zammit. Dan sab ghadam(Fossili) ta’ xi annimali fosthom ta’; ippopotami, iljun fanti nani(dwarf elephants), criev, orsijiet u ghasfur kbir jissejah ic-cinju. In-neolitici kienu jghatu qima lil-mara l-hoxna(alla tal-fertilita). Aktar tard dawn in-nies taghallmu jibnu djar zaghar qishom griebeg bhal dawk li hemm fi Skorba.

    Zmien ir-Ram

    Hawnekk naslu fi zmien sabih hafna tal-istorja maltija. F’dan iz-zmien gew grupp ta’ nies ta’sengha kbira min sqallija. Dawn bnew it-tempji megalitici li huma tempji mill-isbah. Fil-fatt megalitiku tfisser ‘mibni b’ gebel kbir’. Meta nsemmu zmien ir-ram ma nistghux ma nsemmux l-ipogew ta’ Halsaflieni. Ipogew ifisser imhaffer taht l-art.
    L-Ipogew ta’ halsaflieni:

    Hu mhaffer fi tliet saffi
    L-eqdes kamra hija s-SANCTA SANCTORUM
    Insibu ukoll l-oraklu
    Hemm tpingija mas-saqaf maghrufa bhala s-SIGRA TAL-HAJJA
    Instabet statwa tal-mara l-hoxna


    Zmien il-bronz

    Dan kien zmien li m’ghanu xejn jaqsam maz-zmien ir-ram. Instabu xi armi u l-fuhhar ma baqax jizzejjen. L-aktar postijiet maghrufa ta’dan iz-zmien huma;
    (1) Borg in-nadur
    (2) Il-bahrija
    (3) Hal-tarxien

    Xi haga nteressanti kienet li dawn in-nies kienu jaharqu l-mejtin taghhom. Il-menhir(gebla wieqfa) u d-dolmen(gebla mimduda) huma parti mill-bini ta’ dan iz-zmien.


    Dan hu l-ahhar zmien tal-preistorja.Bil-migja tal-fenici nidhlu fl-istorja ta’malta.

    Roderick Micallef.

    ReplyDelete
  7. Meta nghidu preistorja nifhmu z-zmien qabel ma bidet tinkiteb l-istorja.Meta gew l-ewwel nies f’Malta ,Malta kienet diga’ maghquda ma’ Sqallija u nfirdet.L-ewwel nies li gew Malta kienu propja minn Sqallija.Peress li kienu bahhara tajbin huma raw lil Malta u marru fuqha biex jaraw x’kien hemm.Huma marru jghixu fl-gherien.Iktar tard bnew xi dwejriet bil-gebel kbir jew Megalitiku.
    Dawn in-nies kienu wkoll rghajja,,kaccaturi,sajjieda u bdiewa.Huma kienu furtunati li sabu lil Malta minhabba li Malta kellha xtiewi moderati u minghajr borra,setghu jistadu minn hafna postijiet u peress li hafna ghasafar ikunu ghaddejin minn fuq Malta biex imorru l-Afrika huma kienu jkunu jistghu jaqbduhom u jkollhom x’jieklu.Huma kellhom il-vantagg li f’Malta haw nil-gebla Franka li hija facli li tahdima.


    Amy Ebejer

    ReplyDelete
  8. F ‘Malta ghandna hafna tempji ,gherien u griebeg li huma ta’ zmien il-PREISTORJA .Ahna zorna xi tempji minnhom mal-ghalliem taghna u gibna ghajnejna wara widnejna b’dak li rajna .

    L-ewwel zjara kienet lejn GHAR DALAM li qieghed qrib Birzebbuga .Kif dhalna fil-muzew hadna xi ritratti ta’ skanetri ta’ annimali bhal ;
     Cinji li huwa ghasafar kbar
     Criev animali li zgur qatt ma setghu jghixu Malta
     Orsijiet
     Iljunfanti nani
     Ippopotami

    Dawn l-annimali juruna li Malta xi darba kienet maghquda ma Sqallija .Kif dhalna fl- ghar ma stajniex nemnu lil ghajnejna kif rajna dawk l-istalagmiti u stalaktiti .L-istalagmiti huma qtar tal-ilma li gejjin mill-art filwaqt li l-istalaktiti huma qtar tal-ilma li gejjin mis-saqaf .Wahda mill-ghalliema irnexxilha tilqa’ wahda mill- qtar tal-istalaktiti fl-ghar .Dan l-ghar inbena bejn 5200 -4500 qabel kristu.Ghalkemm l-Arkeologi sabu hafna fossili tal-annimal ma sabux ghadam gebli tan-nies (cave man)ghax dawn telqu u bnew xi griebeg li instabu l-Imgarr fi Skorba.
    Zorna ukoll it-tempju Megalitiku ta’ Hal Tarxien li jfisser mibni b’gebel kbir . Dan sabu is-SIR TEMI ZAMMIT fl- 1920. In-nies ta’dak iz-zmienkienu b’sahhithom hafna ghax kellhom il- hila jgorru gebel kbir .Dan setghu jaghmluh billi l-gebel il-kbir kien jingarr fuq hafna bocci tal-gebel li insab fit-tempju fuq in-naha tan-nofsinhar ta’ Hal Tarxien . Qalulna lin-nies li kienu jghixu hemm kienu kaccaturi u sajjieda mill- aqwa.Instabet ukoll statwa tal-mara il-hoxna(alla tal-fertilita).Rajna sitt kappelli u ohra zghira u hemm disinji sbieh forma ta’S .Kemm hadna gost dakinhar f ‘dak it-tempju daqshekk meraviljuz ta zmien ir-ram .
    Kif konna qrib Hal tarxien morna Rahal Gdid fejn hemm dhalna naraw it-temju imhaffer taht l-art li huwa l-ipogew ta’ Hal saflieni.Dan ic-cimiterju fih tliet saffi .Fuq nett hemm l-oqbra imhaffrin fil- blat,tahtu hemm xi kmamar u isfel hemm aktar gherien.Hemm kamra il- gmiel taghha li maghrufa bhala SACTA SANCTORUM li hi l-eqdes kamra li hemm fl-ipogew .L-ghalliem ukoll qalilna li fl-oraklu kienu jaghtu il- pariri .Mas-saqaf hemm tpingija li qatt ma konna rajna bhala dik tas-sigra tal-hajja.Fil- muzew rajn ukoll statwi ta’ nisa hoxnin .Peress li dan kien jintuza bhala cimiterju rajna xi ghadam tan-nies imfarrak fil-blat.
    Jien ninkoraggikom biex izzuru dawn il- postijiet storici ghax dawn huma unici fid-dinja .Ahna il- Maltin imkabbrin b’dawn il- postijiet tant ta’interess u bihom sirna nafu kif kienu jghixu fizmien il Preistorja.

    ALISTAIR GRIMA

    ReplyDelete
  9. L ewwel nies li gew malta kienu gew min sqallija fuq xi catrajew dghajsa li jkunu bnew huma stess.In nies ta zmien il hagar kienu jafu jikkomunikaw ma xulxin pero ma jafux b liema lingwa.

    Wiehed mill gherien kbar ta malta hu dak ta Ghar Dalam li jinsab qrib il bahar ta Brzebbuga.L ewwel nies ta malta marru joqoghdu hemm.Fdan l ghar instabu bcejjec taz znied,zbandoli,fuhhar u ornamenti personali.F Ghar Dalam instabu wkoll xi fdalijiet ta annimali bhal iljunfanti,ippopotami,crievu orsijiet.Dawn l annimali gew minn Sqalllija peress li qabel malta kienet maqghuda maghha u dan jurina li Malta mhux dejjem kienet gzira.


    Zmien il pre-istorja nsejhulu Neolitiku li tfisser li bniedem ma kienx jaf juza l metall.In nies li bdew it tempji nsejhulhom nies ta zmien ir ram.Ir ram mhux addattat biex taghmel ghodda minnu.F parti aktar fonda mill Ipogew kienu jahbu t tezori taghhom.Fl Ipogew instabet statwa zghira li kienet forma ta ta mara hoxna.

    Fl antik kienu jaghtu qima lil allat tal fertilita jew abbundanza.Dawn kienu joffru annimali pero qatt ma offrew nies.Il mejtin kienu jidfnuhom fl oraklu li gieghed taht l art.Dan ma nbenix imma thaffer.Il pre-istorja hija qabel ma l bniedem sar jaf jikteb.



    Maylea
    Portelli

    ReplyDelete
  10. Hawn Malta gew hafna nies qabilna.Hawn min jghid li kienu jixbhu lix-xadini imma l-vera jixbhu lilna l-bnedmin.Dawn huma ezempji li jixbhu lilna u mhux lix-xadini:
    Kienu intelligenti bhalna.
    It-tfal kienu jilaghbu bhalna
    il-kbar kienu jahdmu u hafna iktar ezempji
    L-iktar importanti li riedu niftakru fuqhom huma li;
    gew minn Sqallija billi bnew cattra jew dghajsa
    ma kinux jafu jiktbu u ghalhekk insejhulhom ''Zmien il-pre-istorja
    mas kinux jafu li jezistu l- metall hadid u ohrajn u l-ghodda tan-nies ta' qabilna
    kienu maghmulin mill- gebel u ghalhekk ahna nsejhulhom nies ta' zmien il-Hagar.

    F'GharDalam hemm l-eqdem fdalijiet f'Malta.Instabu hafna fossili sbieh.Temi Zammit huwa arkejoligiku li sab hafna fossili.GharDalam jurina l-Malta mhux minn dejjem kienet gzira.Fit-Tempji hemm hafmna gebel kbar.It-tempji huma l-Ggantija,Tempji Megalitici ta'Hat-Tarxien,Hagar Qim u Mnajdra.Hemm gebel wieqfin u gebel mimdudin fuq gebel wieqfin.Dawm huma Dolmen li huma gebel mimdudin u l-Menhir huwa wieqfin. EmilyRoseCassar

    ReplyDelete
  11. Il-Preistorja

    Fil-preistorja l-bniedem ma' kienx juza l-kitba allura nitghallmu fuq il-preistorja mill-arkeologija.L-eqdem fdalijiet huma dawk ta'Ghar Dalam. Instabu hafna fossili ta' annimali bhal- criev, iljunfanti, orsijiet u ippopotami. Ukoll hareg li Malta xi darba kienet maghquda ma' l- Ewropa t'Isfel. Ghall-ahhar zmien tal-Hagar , il- bniedem ghamel qabza kbira. Dan iz-zmien jissejjah Neolitiku ( iz-zmien il-gdid tal- Hagar). Il- bniedem ma baqax jghix fl-gherien izda fi djar. Fdalijiet ta' djar insibuhom fi Skorba qrib l-Imgarr. Instab znied, zbandoli fuhhar u ornamenti maghmulin mill- ghadam. F' dan iz- zmien in-nies bdew irabbu l-annimali u kienu bdiewa. Wara dan iz-zmien insejhulu Zmien ir-Ram.

    Zmien ir-Ram

    Dan huwa zmien maghruf bhala Zmien l-Imqades. Dawn bnew tempji bhal Hagar Qim, Ggantija (Ghawdex), Hal-Saflieni (Ipogew), u t-Tempji ta' Hal-Tarxien. Dawn insejhulhom megalitici ghax huma mibnija minn gebel kbir.
    L-Ipogew ta' Hal-Saflieni f'Rahal Gdid huwa mhaffer taht l-art. Hu maqsum fi tliet saffi. Fuq is-saff ta'fuq instabu hafna ghadam tan- nies. F'wahda mis-saffi insibu kamra sabiha li tissejjah Sancta Sanctorum. Fiha nsibu l-Oraklu li meta jitkellem ragel lehnu jirbombja fil-waqt lehen ta' mara ma jirbombjax. Mas-saqaf ta' din il- kamra hemm impingija s-Sigra tal-Hajja b'kulur ahmar. Fis-saff t'isfel kienu jahbu t- tezori taghhom. Fost affarijiet li sabu kienet l-istatwa tal-Mara l-Hoxna.
    Il-Ggantija huma l-ikbar tempji qodma li ghandna. Insibu zewg tempji. Kull tempju fih hames taqsimiet. L- art kienet miksija b'gebel kbir u catt. Ukoll instabet statwa tal-Mara L-Hoxna(alla tal-fertilita').
    It-Tempji ta'Hal-Tarxien huma l-ahhar li nbnew.Dawn huma maqsuma fi tliet tempji. Insibu fdal ta' statwa kbira ta'alla bil-wieqfa.Bhal- Ggantija nsibu hafna bocci tal-gebel li hu mahsub li kienu jintuzaw biex igorru l-gebel fuqhom. Insibu altar imzejjen bl-ittra S. Ukoll disinji ta'friez ta'annimali.

    L-ahhar zmien huwa ta' Zmien il-Bronz. Dan iz-zmien jissejjah hekk ghax in-nies ta'dak iz-zmien kienu skoprew il-Bronz. Dan huwa metall li jsir b'tahlita ta'ram u landa. In-nies ma bnewx imqades izda waqqfu ghadd ta'Menhir (gebla kbira wieqfa) u Dolmen (hagra kbira mimduda). Kellhom religjon differenti minn nies ta'qabilhom. Dawn ma kenux jidfnu l-mejtin taghhom izda kienu jaharquhom u jpoggu l-fdalijiet taht id-Dolmen. Dawn in-nies hallewlna armi u postijiet fortifikati bhall-fdalijiet f'Borg in-Nadur.

    Celine Abela.

    ReplyDelete
  12. Żmien il-Pre Istorja

    Żmien il-Pre Istorja huwa żmien ilu ħafna, meta n-nies la kienu jafu jaqraw u lanqas jiktbu. Qabel dan iż-żmien in-nies kienu jiġġerrew minn post għal ieħor. Fil-Pre Istorja il-bniedem beda jinġabar f’komunitajiet. Sirna nafu fuq dan iż-żmien permezz ta’ arkeoloġisti li studjaw fuq fdalijiet li sabu f’tempji madwar Malta. B’hekk sirna nafu li l-ewwel nies li ġew Malta kienu Sqallin, madwar 7000 sena ilu. Nafu dan għax fuħħar li sibna ta’ dak iż-żmien jixbaħ ħafna lil dak li nstab fi Stentinello, ġo Sqallija.

    L-ewwel żmien tal-Pre Istorja ngħidulu Żmien Neolitiku jew Żmien il-Ħaġar Imwaħħar. Fi Żmien Neolitiku, in-nies bdew jitgħallmu jimmansaw l-annimali biex b’hekk jieħdu il-laħam tagħhom biex jiekluh. Tgħallmu jistadu u jmorru għal kaċċa biex ikollhom x’jieklu. Tgħallmu jagħmluha ta’ bdiewa u jkabbru il-ħxejjex. Tgħallmu jagħmlu il-fuħħar u l-għodda. Dan kollu nafuh minn fdalijiet li sibna f’Għar Dalam, fil-limiti ta’ Birżebbugia. Permezz ta’ studju f’dan l-għar, aħna ċerti li żmien ilu Malta u Għawdex ma kienux gżejjer kif nafuhom illum iżda kienu magħqudin ma’ Sqallija. Sir Temi Zammit, xjenzat li studja ħafna fuq dan iż-żmien, sab ħafna fossili ta’ annimali bħal iljunfanti, ċriev u orsijiet f’Għar Dalam. Fil-bidu in-nies ta’ dan iż-żmien bdew jgħixu ġo għerien iżda imbagħad bdew jonqxu l-ġebla tal-franka u bdew jibnu bħal djar żgħar fejn jgħixu. In-nies ta’ dawn iż-żminijiet bnew tempji u bdew jaduraw l-alla mara tal-fertilita, il-mara l- ħoxna. Sibna ħafna fdalijiet ta’ tempji u djar żgħar fi Skorba qrib l-Imġarr.

    Wara Żmien Neolitiku ġie Żmien ir-Ram. Għalkemm ngħidulu Żmien ir-Ram mhux ċert jekk kienux jużaw veru r-ram f’dak iż-żmien. Li hu żgur hu li f’dan iż-żmien inbnew ħafna tempji megalitiċi u għalhekk insejħulu ukoll Żmien it-Tempji. Megalitiku tfisser mibni b’ġebel kbir. F’dawn it-tempji nstabu ħafna statwi, bil-figura ta' mara ħoxna, l-alla tal-feritilita. Fdalijiet ta' dan iż-żmien insibuhom fit-tempji ta' Ħaġar Qim u f’Ħal Tarxien u fit-tempji tal-Ġgantija, f'Għawdex. Fdalijiet ta’ Żmien it-Tempji għandna wkoll l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni f’Raħal Ġdid, li huwa tempju uniku, imħaffer ġol-blat b’sengħa kbira. Tistagħġeb kif f’dawk iż-żmienijiet kellhom kapaċita jibnu tempju daqsek sabiħ. Dan it-tempju hu imħaffer fi 3 saffi. Fih insibu s-Sancta Sanctorum, li hija l-eqdes karma, u l-Oraklu. Insibu tpenġija mas-saqaf magħrufa bħala s-Siġra tal-Ħajja u xbihat ta' nisa ħoxnin.

    Wara Żmien ir-Ram insibu Żmien il-Bronz. Żmien il-Bronz kien żmien ikrah fejn il-bniedem waqaf jagħmel fuħħar iddisinjat u flok tagħllem jagħmel l-armi. Beda jiffortifika it-tempji u d-djar. Bdew jibnu permezz tal-menhir u d-dolmen. Menhir hija ġebla kbira wieqfa filwaqt li dolmen hija ġebla kbira mimduda. Dawn in-nies bdew jidfnu lill-mejtin tagħhom f'oqbra li kienu nbnew min-nies ta' Żmien ir-Ram. Postijiet fejn sibna fdalijiet ta’ dan iż-żmien huma Borg in-Nadur u l-oqbra ta’ Ħal Tarxien.

    Dan iż-żmien kien l-aħħar żmien tal-Pre Istorja, qabel ma bdiet l-Istorja ta’ Malta bil-miġja tal-Feniċi
    By Darren Zammit

    ReplyDelete
  13. Żmien il-Pre Istorja

    Żmien il-Pre Istorja huwa żmien ilu ħafna, meta n-nies la kienu jafu jaqraw u lanqas jiktbu. Qabel dan iż-żmien in-nies kienu jiġġerrew minn post għal ieħor. Fil-Pre Istorja il-bniedem beda jinġabar f’komunitajiet. Sirna nafu fuq dan iż-żmien permezz ta’ arkeoloġisti li studjaw fuq fdalijiet li sabu f’tempji madwar Malta. B’hekk sirna nafu li l-ewwel nies li ġew Malta kienu Sqallin, madwar 7000 sena ilu. Nafu dan għax fuħħar li sibna ta’ dak iż-żmien jixbaħ ħafna lil dak li nstab fi Stentinello, ġo Sqallija.

    L-ewwel żmien tal-Pre Istorja ngħidulu Żmien Neolitiku jew Żmien il-Ħaġar Imwaħħar. Fi Żmien Neolitiku, in-nies bdew jitgħallmu jimmansaw l-annimali biex b’hekk jieħdu il-laħam tagħhom biex jiekluh. Tgħallmu jistadu u jmorru għal kaċċa biex ikollhom x’jieklu. Tgħallmu jagħmluha ta’ bdiewa u jkabbru il-ħxejjex. Tgħallmu jagħmlu il-fuħħar u l-għodda. Dan kollu nafuh minn fdalijiet li sibna f’Għar Dalam, fil-limiti ta’ Birżebbugia. Permezz ta’ studju f’dan l-għar, aħna ċerti li żmien ilu Malta u Għawdex ma kienux gżejjer kif nafuhom illum iżda kienu magħqudin ma’ Sqallija. Sir Temi Zammit, xjenzat li studja ħafna fuq dan iż-żmien, sab ħafna fossili ta’ annimali bħal iljunfanti, ċriev u orsijiet f’Għar Dalam. Fil-bidu in-nies ta’ dan iż-żmien bdew jgħixu ġo għerien iżda imbagħad bdew jonqxu l-ġebla tal-franka u bdew jibnu bħal djar żgħar fejn jgħixu. In-nies ta’ dawn iż-żminijiet bnew tempji u bdew jaduraw l-alla mara tal-fertilita, il-mara l- ħoxna. Sibna ħafna fdalijiet ta’ tempji u djar żgħar fi Skorba qrib l-Imġarr.

    Wara Żmien Neolitiku ġie Żmien ir-Ram. Għalkemm ngħidulu Żmien ir-Ram mhux ċert jekk kienux jużaw veru r-ram f’dak iż-żmien. Li hu żgur hu li f’dan iż-żmien inbnew ħafna tempji megalitiċi u għalhekk insejħulu ukoll Żmien it-Tempji. Megalitiku tfisser mibni b’ġebel kbir. F’dawn it-tempji nstabu ħafna statwi, bil-figura ta' mara ħoxna, l-alla tal-feritilita. Fdalijiet ta' dan iż-żmien insibuhom fit-tempji ta' Ħaġar Qim u f’Ħal Tarxien u fit-tempji tal-Ġgantija, f'Għawdex. Fdalijiet ta’ Żmien it-Tempji għandna wkoll l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni f’Raħal Ġdid, li huwa tempju uniku, imħaffer ġol-blat b’sengħa kbira. Tistagħġeb kif f’dawk iż-żmienijiet kellhom kapaċita jibnu tempju daqsek sabiħ. Dan it-tempju hu imħaffer fi 3 saffi. Fih insibu s-Sancta Sanctorum, li hija l-eqdes karma, u l-Oraklu. Insibu tpenġija mas-saqaf magħrufa bħala s-Siġra tal-Ħajja u xbihat ta' nisa ħoxnin.

    Wara Żmien ir-Ram insibu Żmien il-Bronz. Żmien il-Bronz kien żmien ikrah fejn il-bniedem waqaf jagħmel fuħħar iddisinjat u flok tagħllem jagħmel l-armi. Beda jiffortifika it-tempji u d-djar. Bdew jibnu permezz tal-menhir u d-dolmen. Menhir hija ġebla kbira wieqfa filwaqt li dolmen hija ġebla kbira mimduda. Dawn in-nies bdew jidfnu lill-mejtin tagħhom f'oqbra li kienu nbnew min-nies ta' Żmien ir-Ram. Postijiet fejn sibna fdalijiet ta’ dan iż-żmien huma Borg in-Nadur u l-oqbra ta’ Ħal Tarxien.

    Dan iż-żmien kien l-aħħar żmien tal-Pre Istorja, qabel ma bdiet l-Istorja ta’ Malta bil-miġja tal-Feniċi
    By Darren Zammit

    ReplyDelete
  14. Ghall-gzira zghira ghandna storja kbira li tmur lura ghal hafna snin. Fost il-postijiet storici u neolitici Ghar dalam , Halsaflieni, Hagar Qim u hafna ohrajn sibna hafna fdalijiet t’annimali. F’Ghar Dalam sibna fdalijiet ta’ criev ,t’orsijiet u tal-ippopotamus u min hekk nistghu nghidu li Malta kienet maquda ma’ Sqallija. Fi Zmien il-Hagar kienet tinghata qima lil Mara l-Hoxna li milli nistghu nghidu li kienet alla tal- fertilita’.
    Tiffany Taylor

    ReplyDelete
  15. Il-Presitorja

    Il-Preistorja huwa z-zmien li jigi qabel l-Istorja. F'dan il-perjodu l-bnedmin ma kienux ghadhom jafu jiktbu u ghalhekk l-informazzjoni li ghandna gejja mill-fdalijiet li nstabu. Dan iz-zmien jinqasam fi tlieta, Zmien Neolitiku, Zmien ir-Ram u Zmien il-Bronz.

    Zmien Neolitiku tfisser Zmine il-Gdid tal-Hagar. F'dan iz-zmien gew l-ewwel nies li jahsbu li kienu Sqallin. Xi fdalijiet taghhom instabu f'Ghar Dalam.

    Dan iz-zmien jissejjah hekk ghax in-nies kienu jaghmlu l-oggetti mill-hagar. Kienu juzaw iz-znied, ghamlu ghodo ta' l-injam u uzaw il-fuhhar. Dawn in-nies tghallmu jrabbu l-annimali u bdew jizirghu ukoll.

    Wara z-Zmien Neolitiku gie Zmien ir-Ram. F'daz-zmien inbnew it-tempji megalitici li huma Hal Saflieni, Hagar Qim, l-Ipogew u l-Ggantija f'Ghawdex. F'dawn it-tempji hemm l-istatwi fosthom tal-mara hoxna. Din il-figura kienet l'alla tal-fertilita'.

    Zmien il-Bronz gie wara Zmien ir-Ram. Ta' dan il-perjodu instabu fdalijiet ta' skieken u armi. B'dawn jidher li l-bniedem ta' dak iz-zmien ghex f'xi gwerer. Dawn in-nies maghrufa ghall-fortifikazzjonijiet li hallew bhal ta'Borg in-Nadur, il-Bahrija u Birzebbuga.

    Fit-Tempju ta' Hal Tarxien kienu harqu x'igsma tal-mejtin. Fsdalijiet ta' bini taghhom huma l-Mehir u d-Dolmen. Zmien il-Bronz jidher li l-hajja marret lura u dan kien perjodu ikrah.

    Il-Fenici gew Malta war zmien il-Bronz u minn hemm bdiet l-Istorja. Ghalhekk bi Zmien il-Bronz spiccat il- Preistorja.

    ReplyDelete
  16. Il-Pre-istorja.




    In-nies tal-Pre-istorja kienu jighdulhom hekk ghax dawn in-nies ma kinux jafu kif jiktbu u b’hekk kienet ghada ma bditx tinkiteb l-istorja. Tafu x’kienu jissejhulhom wkoll dawn in-nies? Dawn kienu u ghadhom jissejhuu bhala nies ta’ zmien il-Hagar. Dawn in-nies kienu juzaw l-injam biex jibnu xi cattra jew dghajsa. B’hekk ahna sirna nafu li biex sabu lil Malta kienu bahhara tajba. F’Ghar Dalam sibna fossili ta’ annimali bhal cerva, cinju, ippopotamus u iljunfant. B’dawn il-fdalijiet nistghu nghidu li Malta mhux dejjem kienet gzira izda li kienet maghquda ma’ Sqallija .Dawn in-nies kienu jkabbru l-ikel biex jibqghu hajjin ghax mhux dejjem kienu jsibu xi annimali. Ghalhekk nistghu nghidu li kienu bdiewa u kaccaturi. Dawn mhux dejjem kienu jghixu f’gherien izda kienu jibnu xi dwejra jew tempji. Fit-tempji ta’ Hat-Tarxien u tempji ohra sibna statwa ta’ Mara Hoxna li dan it-titlu taghha huwa t’alla tal-fertilita’. Fl-Ipogew tempju l-iktar ghat-tfin, sabu sigra tal-hajja li hija tpengija mas-saqaf. Hemm kamra fl-Ipogew li jghidulha Sancta Sanctorum li hija l-eqdes kamra. Fl-Imgarr sabu fdalijiet li jisimhom Skorba li hemm sabu fdalijiet ta’ griebeg.



    Ryan John Aquilina.

    ReplyDelete
  17. Il-Preistorja
    1)Il-kelma preistorja tfisser zmien ta` qabel ma nkitbet l-istorja
    2)Fi zmien preistoriku sirna nafu dwar l-ewwel nies li gew Malta
    Ez:
    o kienu nies li jixbhu lilna jigifieri - jidhku, jibku , ferhana u bin-nervi.
    o Probabli li huma gew fuq xi cattra jew dghajsa
    o Dawn in-nies kienu bahhara tajbin
    o Kellhom lingwa imma hadd ghadu ma sar jaf bl-liema lingwa kienu jitkellmu
    o L-ghodda kienet tkun maghmula mill-gebel
    o Ezempju ta’ xi ghodod kienu: Mazza, Lanza u xi gebla bil-ponta
    3) L-ewwel nies li gew Malta gew minn Sqallija.
    4) Dawn in-nies ghall-ewwel kienu joqghodu go l-gherien ghax djar ma kienx hemm.
    5) Ghar fost hafna minnhom huwa Ghar Dalam li huwa f’Birzebbuga.
    6) F’Ghar Dalam instabu : bcejjec taz-znied, zbandoli, fuhhar u ornamenti personali.
    7) Nies li jistudjaw dawn l-affarijiet jissejjhu arkeologisti.
    8) F’Ghar Dalam instabu ghadam ta xi annimali li jghidulhom fossili bhal iljunfanti, ippopotami, criev u orsijiet .
    9) Huma ma kellhomx dawk l-affarijiet li kellna ahna dak iz-zmien.
    10) Ix-Xoghol ta dawn in-nies kienu sajjieda, bdiewa u rghajja.
    11) Hemm ipogew li jismu Sancta Sanctorum u dan huwa l-isbah ipogew.
    12) Interessanti li fl-ipogew kienu jahbu it-tezori taghhom.
    13) Dawn it-tezori setghu kienu gebel ta’ kulur stramb, kullani bis-snien ta’ l-annimali u xi haga tal-fuhhar.
    14) Fl-Oraklu hemm xi haga impingija mas-saqaf bil-kulur ahmar li jsejhulha is-sigra tal-hajja.
    15) L-ahhar imqades gew mibnija min-nies ta’ Zmien ir-Ram.
    16) Ghal xi haga li ma nafux biha hija li awn in-nies spiccaw u nqerdu.
    17) Jghidu li ghax forsi ma baqghetx taghmel xita u kollox nixef.
    18) Dolmen hija hagra kbira mimduda.
    19) Menhir hija hagra kbira wieqfa.
    20) In-nies ta’ Zmien il-Bronz kienu jaharqu lin-nies mejtin ghax kienu jahsbu
    li n-nar kien xi haga sagra
    Nicole Hili

    ReplyDelete
  18. Il-Preistorja

    Il-preistorja huwa zmien qabel ma’ nkitbet l-istorja.Kull post antik bhal Hal Saflieni,Hagar Qim,Imnajdra u ohrajn kienu nbew fi zmien il-preistorja.Malta mhux minn dejjem kienet gzira,kienet maghquda ma’Sqallija.Qabel,meta Malta kienet maghquda ma’Sqallija,l-Afrika u l-Ewropa kienu ibaghad milli huma llum.

    Iz-zmien il-hagar hu z-zmien meta l-ewwel nies li gew f’Malta minn Sqallija.Dawn kienu jemmnu f’alla li kien tal-fertilita’ jew il-mara hoxna.Din kienet statwa ta’ mara hoxna li kienet minduda.Dawn kienu jghixu fl-gherien.Kienu jafu jikkaccjaw,jistadu u jizirghu l-ghelieqi.Apparti li kienu bdiewa, sajjieda u kaccaturi tajbin kienu wkoll bahhara tajba u benneja mil-aqwa. Dak iz-zmien ma kinux ghadhom skoprew il-metall b’hekk huma kienu juzaw ghodda li kienu maghmulin mill-affarijiet li kien ikollhom madwarhom. Kienu joffru sagrificcji lil alla tal-fertilita’.

    In- nies ta’ Zmien il-Bronz kienu differenti min-nies ta Zmien il-Hagar. Dawn in-nies kienu jaharqu l-mejtin mbaghad kienu jitfawhom taht id-dolmen. Dolmen hija gebla kbira li tkun minduda. Il-mejtin kienu jaharquhom ghax kienu jahsbu li n-nar huwa xi haga prezzjuza. In –nies ta Zmien il-Bronz ma kienux bnew imqades. Mad-dolmen kienu jibnu ukoll gebel wefqin imsejha menhir. Probabli dawn in-nies ma kinux jghixu fl-gherien bhalma kienu jghixu in-nies ta Zmien il-Hagar.

    Il-preistorja hija xi haga interessanti li tihu gost titghallem fuqha. Il-preistorja hija mportanti ghan-nies u ghall-arkeologisti ghaliex b’hekk in- nies ikunu jistghu jkompli jiskompru aktar dwar il-hajja ta’ l-antik.

    Roanne Grech

    ReplyDelete