Wednesday, November 11, 2009

Zmien il-Preistorja


Ghar Dalam hu l-aqwa xhieda li Malta mhux dejjem kienet gzira. Instab ghadam gebli (fossili) ta' ippopotami, iljunfanti, criev, orsijiet u bhejjem ohra kbar u slavag li qatt ma setghu jghixu fi gzira hekk zghira, fejn l-ikel u l-ilma qatt ma kien bizzejjed.

Dan igieghlna nahsbu li kien hemm moghdija bejn Malta u l-Ewropa t' Isfel ta' dak iz-zmien u x'aktarx li din il-moghdija kienet tibqa' sejra sa l-Afrika. Nisthajlu li l-gzejjer taghna kienu parti minn art kbira mimlija foresti, ghadajjar, muntanji u xmajjar; art li issa tghattiet taht il-bahar Mediterran.



Iz-zminijiet li qed nitkellmu fuqhom huma mill-aktar interessanti, ghad li mohbijin fid-dlam taz-zminijiet. Kitba u kotba ma kienx hemm, ghalhekk huma mehtiega it-thaffir u l-kxif ta' oqbra.

Nies imharrgin imsejha arkeologi ghamlu sejbiet u ghadhom ifittxu biex ikunu jistghu jixhtu aktar hjiel fuq il-hajja tal-bniedem f' dawk iz-zminijiet imbieghda. Ix-xoghol ta' dawn in-nies hu iebes u jehtieg sabar bla tarf. Is-sejbiet hafna drabi ma jkunux ghajr bicciet tal-ghadam, hagar jew xi sinjali ohra li juru li l-bniedem kien jghix hemm.



Nafu zgur li f' dawn iz-zminijiet imbieghda l-bniedem kien jaghmel hiltu biex itejjeb il-qaghda tieghu u ta' niesu. Dan jixhduh il-fdalijiet misjuba. Nafu tajjeb li nqeda bin-nar u bil-hagar li kien isib madwaru. Xhieda li l-bniedem dejjem ghamel hiltu biex jimxi 'l quddiem huma l-fdalijiet infushom. Il-fdalijiet tal-wicc dejjem huma mahduma ahjar minn dawk li jinsabu aktar fil-fond. Minn dan naraw ghaliex l-arkeologija u l-geologija huma siewja u mehtiega fl-istudju tal-preistorja.

Il-fdalijiet bhal dawk f' Ghar Dalam, l-Imqades ta' Skorba l-Imgarr, Hagar Qim u l-Imnajdra  jixhtu dawl fuq hajjet il-bniedem f' dawk iz-zminijiet imbieghda. Il-hagar kbir maghruf bhala menhir (hagra kbira u wieqfa) u dolmen (hagra kbira mimduda) juruna wkoll il-hila kbira ta' missirijietna. Iz-zmien tal-preistorja Maltija jinqasam l-aktar fin-Neolitiku (jew Zmien il-Hagar) u Zmien il-Bronz.


Iz-zmien Neolitiku kien pass 'il quddiem ghall-bniedem. F'dan iz-zmien il-bniedem beda jizra', jahsad, isajjar l-ikel jimmansa l-bhejjem u jinqeda bihom ghall-garr. Beda jaghmel ghodod taz-znied, tal-ghadam, tal-gebel vulkaniku, tal-injam u mill-qrun tal-annimali bhac-criev. Iz-zmien Neolitiku kien mifrux mal-Mediterran kollu u l-gzejjer Maltin kellhom sehem minn din id-dinja ta'progress.

Biex tifhmu ahjar it-taqsim tal-preistorja Maltija zommu quddiem ghajnejkom iz-zminijiet u l-fdalijiet ta' kull fazi. Dawn il-fdalijiet kollha ghadna nistghu narawhom illum.



IL-HAJJA MALTIJA FIZ-ZMINIJIET NEOLITICI

Fiz-zmien preistoriku f'Malta kien hawn in-nies. Dan jixhduh l-imqades kbar Neolitici u l-fdalijiet ta' fuhhar u hwejjeg ohra. Il-kelma Neolitiku tfisser "iz-zmien il-gdid tal-hagar" meta l-bniedem beda juza l-gebla u ma jhallihiex bhalma kienet qabel fiz-zminijiet Megalitici. Ma nistghux nghidu ezatt meta gew l-ewwel nies f'Malta izda nafu li kienu nies ta' sengha u hila kbira. Dawn l-ewwel Maltin kienu jghixu f' gherien u gherejjex mifrudin ghal kollox minn xulxin. Fdalijiet ta' djar ghandna bhal fi Skorba. Dawn in-nies urew sengha kbira fil-bini tal-imqades u ghalhekk m' ghandniex ghaliex nistaghgbu li bnew ukoll djar biex joqoghdu fihom. Fl-ahhar mill-ahhar kien izjed iebes taqta' l-blat tal-gherien milli tibni d-djar.


Minn studju li sar instab li Skorba hija l-ewwel post fejn ghexu l-ewwel Maltin taz-zmien Neolitiku. F'dan iz-zmien ic-caqliq minn imkien ghal iehor kien komuni hafna. Fil-gzejjer Maltin setghu gew nies minn ghadd ta' nhawi. L-akbar ghadd gew minn Sqallija. Uhud minn dawn baqghu hawn u ohrajn regghu telqu lura. Dawk li baqghu thalltu man-nies li kien hawn qabel.

Il-fdal tal-fuhhar imzejjer b'toqob u b'linji li nstab fl-imqades taghna taz-zminijiet Neolitici jixbah hafna lil fdalijiet ohra li stabu biss fi Sqallija.

Ghall-bidu dawn in-nies sabu kenn fl-gherien sakemm bdew jibnu gherejjex bil-gebel, tafal, zkuk tas-sigar u haxix niexef. Biex jghixu kienu jizirghu l-qamh., irabbu l-bhejjem u jaqbdu annimali u tjur billi jinqdew bi zbandoli tal-gild u l-gebel daqs u ghamla ta' bajda. Dawn in-nies naghrfuhom mill-ghamla tal-fuhhar li kienu jaghmlu u minn kif kienu jzejnuh.


Il-Maltin li kienu jghixu f' dawn iz-zminijiet imbieghda kienu kaccaturi, sajjieda , bennejja, bdiewa u wkoll artisti tajba. Warajhom hallew tinqix, tpingija, statwi zghar u gizirani maghmula minn bebbux u bcejjec ohra tal-bahar, fuhhar, imsiebah u hwejjeg ohra. Dan kollu li juri l-Maltin dejjem kienu biezla u wrew sengha li thabbatha ma' ta' haddiehor.

Malta wkoll kienet hanina maghhom. Il-klima taghna hi moderata hafna. Il-gebla tal-franka hi bil-bosta ahjar minn ta' pajjizi ohra. Il-bahar ghas-sajd kienu jsibuh kullimkien u setghu jaqbdu hut kemm kien ukollhom htiega. Il-passa tat-tjur li kienet tghaddi mill-Afrika ghall-Ewropa u lura kienet ghajnuna ohra ghall-ghixien.





L-GHERIEN TA' HAL SAFLIENI

Dawn l-gherien inqatghu fil-blat bil-ghodda taz-znied daqs sitt elef sena ilu u fuq barra kien hemm bini b' hagar kbir. Sew fil-bini ta' Hal Tarxien kemm ukoll f' Hagar Qim u fl-Imnajdra dahliet bhal din kien hemm aktar minn wahda. Minn din id-dahla l-art giet imhaffra helu helu f' hafna gherien u dahliet mahduma b' sengha kbira. Kull min jara dan ix-xoghol ghandu jzomm quddiem ghajnejh li kull ma jara hemm gew inhadem bil-ghodda taz-znied ghax la bronz u lanqas hadid ma kienu ghadhom waslu hawn f' dawk iz-zminijiet. Haffer u haffer, ongor u obroxu hokk bil-hagar, hekk sar ix-xoghol.

B' daqsxejn ta' hagra taz-znied marbuta f' tarf ta' zokk kienu jhaffru toqob ta' inqas minn zewg centimetri, toqba hdejn l-ohr, bhal xehda tan-nahal. Imbaghad b' zonqra tqila dak il-blat ta' bejn il-hofor kien jigi mfarrak, Meta kienu jidhlu 'l gewwa kemm iridu b' dan it-thaffir, il-blat kien jintagar biz-znied fuq is-sinjali li jkun ghamel l-imghallem , u fl-ahhar il-wicc ta-hajt kien jinbarax u jitmelles b' hagar ta' l-idejn. Ara x' xoghol iebes u ara xi zmien ha biex isir. Fejn kien jidhrilhom kienu jizbghuh. Ghadhom sal-lum jidhru xi hitan mahsula bl-ahmar u fuq xi hitan u xi soqfa hemm mahzuza bhal sigar bil-frott u saqaf minnhom mahzuz bhal xehda tan-nahal.





L-IMQADES: XOGHOL IL-MALTIN

Fost l-izjed hwejjeg ta' siwi li hallewlna missirijietna nsibu l-Ipogew ta' Hal Saflieni. Dan fih ghadd kbir ta' gherien, moghdijiet u celel imhaffrin taht l-art li jixbhu hafna l-imqades l-ohra Megalitici (Megalitici gejja mill-Grieg li tfisser hagar kbir). L-Ipogew fih tliet saffi. Ta' fuq nett, aktarx kien fih bhal oqbra mhaffra fil-blat fejn jidfnu l-mejtin. Maz-zmien imbaghad nizlu 'l isfel u haffru l-ewwel kamra mdaqqsa u xi kmamar zghar, tnejn minnhom bis-soqfa mpingija. Mill-gdid issuktaw jaqtghu l-blat u rnexxielhom jinzlu b' kollox ftit aktar minn tnax-il metru taht l-art fejn kienu jahbu t-tezori taghhom.

Tassew tal-ghageb hija l-kamra maghrufa bhala s-Sancta Sanctorum. Hemm ukoll kmajra maghrufa bhala l-Oraklu. Fiha hemm bhal hofra li meta jitkellem fiha ragel, tirbombja mal-maqdes kollu filwaqt li jekk titkellem mara dan ma jigrix. L-Oraklu aktarx ghamluh ghax deherilhom li b' hekk b' xi mod jitkellmu mal-allat taghhom u jisimghuhom ihabbrulhom il-gejjieni.

Il-hitan u s-soqfa tal-Ipogew m' humiex mahruqa jew mahmuga bin-nar tat-torci, fjakkli jew imsiebah. Dan il-maqdess qatt ma kien miftuh ghal kulhadd izda aktarx ghas-servizzi religjuz ta' xi nies gholja hafna, bhall-qassisin il-kbar irgiel jew nisa. Hawn instabu xbihat ta' nisa hoxnin hafna, nofshom imlibbsa jew bla hwejjeg, mimduda, bil-wieqfa jew bil-qieghda. Hemm ukoll tpingija hamra fis-soqfa li turi s-sigra tal-hajja. Kienu jafu jhalltu l-kuluri.




Mehud minn: Grajjiet Malta, l-Ewwel Ktieb

2 comments:

  1. Interesting link and I learned more.

    ReplyDelete
  2. hija nteressanti hafna u ta uzu tat term skolastiku li qedghin fih bhalissa thanks for all your work

    ReplyDelete